Skip to main content

Għal Fejn Illejla?

Andrew fuq 103.7

Campus Breakfast

Nisa Minsija

Ħelsien

Il-Fakultà tal-Mużika

Il-Melodija tal-Gwerra

Il-Kumpass Malti

Autograph

KidTalks

Pop Kultura

Bl-Għeruq u x-Xniexel

Iż-Żgħażagħ tas-Snin 60

Lunch Box

Campus Magazine

Campus Drive

Campus Lifestyle

Havana

Taħdita-Clio

Cafetin de Buenos Aires

Drammaturgi

Dipinto di Blu

Jazz & More

Mużika Mod Ieħor

Analiżi tal-Ġurnali

Għal Fejn Illejla?

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Colin Fitz

Tkompli s-sensiela popolari Ghal fejn illejla,fejn Colin Fitz jiddiskuti episodji mix-xena tad-divertiment f’pajjizna lura fis- snin permezz ta’ diversi mistiedna fl-istudio.

Tul: 60 minuta

Għal Fejn Illejla?

:Colin Fitz

Andrew fuq 103.7

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Andrew Azzopardi

Diskussjoni s-Sibt filgħodu b’temi kurrenti u kontroversjali li jolqtu l-interessi tal-pubbliku inġenerali. Dan it-tip ta’ programmar se joħloq dibattitu ‘LIVE’ fl-istudjo fuq ġrajjiet kurrenti bl-istil uniku ta’ Andrew Azzopardi.

Tul: 180 minuta

Andrew fuq 103.7

:Andrew Azzopardi

Campus Breakfast

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Antonella Galea Loffreda

Programm radjofoniku li qed jixxandar b’mod dirett kuljum fuq Campus 103.7 bejn il-ħin tas-7:00 u l-10:00 ta’ filgħodu. L-għan ewlieni tagħna hu li nwasslu programm li jappella u jattira udjenza vasta u għaldaqstant il-kontenut ser ikun wieħed leġġer illi primarjament jiffoka fuq lifestyle u divertiment. Ma jistax jonqos illi l-programm iservi wkoll bħala għodda sabiex titwassal informazzjoni edukattiva u kulturali kif ukoll bħala leħen l-Università ta’ Malta. Campus Breakfast qed jagħti spazju mhux biss lill-għaqdiet tal-istudenti iżda wkoll lid-diversi fakultajiet li permezz tal-intervent tagħhom tul l-iskedi sejrin mhux biss iżommu lis-semmiegħa infurmati dwar diversi aspetti iżda saħansitra jippromowovu l-korsijiet ta’ studju illi toffri l-Università.

Tul: 180 minuta – mis-7:00am sal-10:00am

Campus Breakfast

:Antonella Galea Loffreda

Nisa Minsija

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Coryse Borg

Tiġi diskussa flimkien ma mistieden/a mara waħda minn dawn il-‘Minsijin’, għal kull program kif ukoll fejn jidħlu n-nisa fl-istorja; mod aktar ġenerali – Per eżempju nies minn NGOs tan-nisa, soċjologi, nisa prominenti fil-qasam tagħhom eċċ… nies li jsostnu l-idea li n-nisa għandhom post fl-istorja, fil-passat, fil-preżent u fil-futur.

Tul: 60 minuta

Nisa Minsija

Name:Coryse Borg

Ħelsien

Claudia Gauci & Leanne Ellul

Programm ta’ siegħa li jesplora r-rumanz tal-1939 miktub minn Ġużè Bonnici, Ħelsien. Claudia Gauci u Leanne Ellul jaqraw ir-rumanz u jikkummentaw dwar il-karattri, it-tematika, l-isfond stortiku u dak kollu li jagħmel ir-rumanz li hu. Dan ir-rumanz huwa mistħarreġ mill-qrib mill-istudenti fil-postsekondarja u għaldaqstant il-programm għandu jiswiehom ta’ għajnuna. Fl-istess waqt, għandu jkun programm pjaċevoli għal kull min iħobb storja intriganti u xi ftit mużika Maltija wkoll.

Tul: 60 minuta

Ħelsien

:Claudia Gauci & Leanne Ellul

Il-Fakultà tal-Mużika

Matthew Bugeja

Matthew Bugeja jiltaqa’ ma’ professjonisti oħrajn fil-qasam tal-mużika sabiex flimkien jiddiskutu l-mod kif taħdem il-lingwa universali tad-dinja – il-mużika.

Tul: 30 minuta

Il-Fakultà tal-Mużika

:Matthew Bugeja

Il-Melodija tal-Gwerra

Martin Debattista & Charles Debono

Din is-sensiela tippreżenta l-kanzunetti li kienu popolari matul it-Tieni Gwerra Dinjija, li uħud minnhom sfortunatament intesew filwaqt li oħrajn baqgħu jinstemgħu fil-films, dokumentarji u avvenimenti relatati mal-gwerra. Kull programm jagħżel l-aqwa melodiji mill-pajjiżi involuti fil-gwerra, kemm in-naħa ta’ l-Alleati kif ukoll il-pajjiżi ta’ l-Assi u dawk newtrali. Jiġu mfissra t-tema u il-kuntest storiku ta’ kull kanzunetta.

Tul: 60 minuta

Il-Melodija tal-Gwerra

:Martin Debattista & Charles Debono

Il-Kumpass Malti

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Colin Fitz

Il-Kumpass Malti jikkonsisti minn intervisti li Colin Fitz jagħmel ma’ Maltin li jew jgħixu barra minn pajjiżna, jew għamlu xi żmien jgħixu f’pajjiż ieħor. Uhud minn dawn il-mistiedna ikunu għamlu suċċess f’qasam jew ieħor u anke irnexxilhom ixerrdu xi ftit mill-kultura Maltija lil hinn minn xtutna. Il-Kumpass Malti jixxandar nhar ta’ Gimgħa f’nofsinhar b’repetizzjoni s-Sibt fit-3pm.

Tul: 60 minuta

Il-Kumpass Malti

:Colin Fitz

Autograph

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Jeannette Axisa

L-edukazzjoni vokazzjonali tradizzjonalment dejjem tqieset bħala tabù, li hija segwita minn studenti b’inqas intelliġenza, studenti li ma jkomplux jew li għandhom ‘challenging behavior’ u li ġejjin forsi minn background soċjali mhux daqshekk tajjeb. Però l-esperjenza ppruvat li dan kollu mhux minnu. Din is-serje se tiddiskuti, permezz ta’ stejjer ta’ suċċess, li l-edukazzjoni vokazzjonali twassal ukoll għal suċċessi fil-karrieri.

Tul: 60 minuta

Autograph

:Jeanette Axisa

KidTalks

Pharrah J. Debono

Sensiela imtellgha f’kollaborazzjoni mal-Maltese Paediatric Association. Sensiela li se tiddiskuti id-diversi oqsma tal-pedjatrija u problemi medici komuni li qed jaffetwaw lit-tfal f’pajjizna.

Tul: 60 minuta

KidTalks

:Pharrah J. Debono

Pop Kultura

Justin Camilleri & Rebekka Mamo

Pop Kultura huwa programm tar-radju li jesplora d-dinja kkulurita tal-kultura popolari. Miċ-ċinema u t-televiżjoni sal-cartoons, il-mużika, ir-riklami, il-video games u t-teknoloġija. Jesplora kif Star Wars, Dallas, Dynasty, Pac-Man u Space Invaders ħallew il-marka tagħhom fuq il-kultura u l-ħajja Maltija. Pop Kultura jgħaqqad in-nostalġija mal-kreattività moderna, u jiċċelebra stejjer, ħsejjes u simboli li baqgħu magħna minn ġenerazzjoni għal oħra.

Tul: 60 minuta

Pop Kultura

Name:Sergio Grech

Bl-Għeruq u x-Xniexel

Charles Xuereb

Bl-għeruq u x-xniexel nipproponi li nagħmlu wkoll FIRST fl-istorja ta’ Malta, dik magħrufa bħala contre histoire jew counter history li sal-lum ħadd ma ppubblika jew xandar dwarha. Il-programm ikun fih intervisti intriganti ma’ akkademiċi, storiċi imma wkoll esperti soċjo-kulturali minn oqsma oħra għaliex tifrex fuq dak kollu li qatt ma ngħata attenzjoni jew importanza, kif inhu l-isem, bl-għeruq u x-xniexel. Nitkellmu fuq dak li mhux ovvju u li ġbajna nisimgħu dwaru bl-istess tagħrif. Din li qed nipproponi tikkonċerna lil Malta u lil Maltin bid-drawwiet, folklor, leġġendi, xejriet, ġrajjiet, twemmin, fehmiet, relazzjonijiet ma’ qawwiet barranin, kif ukoll il-ħajja taċ-ċittadin ordinarju mill-aspetti kulturali kollha. Fuq kollox il-perċezzjoni tal-Maltin u l-Għawdxin tal-lum fuq l-imgħoddi u fhiex sawwarna llum (identità u memorja kollettiva).

Tul: 60 minuta

Bl-Għeruq u x-Xniexel

Name:Charles Xuereb

Iż-Żgħażagħ tas-Snin 60

Noel D’Anastas

Is-sensiela ‘Iż-Żgħażagħ tas-Snin 60’ se tittratta l-attività soċjali, ekonomika, kulturali u dak divertenti tal-aktar snin elettrifikanti u turbulenti tas-seklu l-ieħor, snin li ħallew impatt qawwi fil-ħajja ta’ kif ngħixu llum.

Tul: 60 minuta

Iż-Żgħażagħ tas-Snin 60

:Noel D'Anastas

Lunch Box

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Coryse Borg

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa programm live minn nofsinhar sas-sagħtejn li jiddiskuti b’mod speċjali it-temi ta’ nutrizzjoni, saħħa mentali u lifestyle, marbuta maż-żgħażagħ u studenti tal-Università. Waqt Lunch Box se niddiskutu wkoll suġġetti bħall-midja soċjali u ż-żgħażagħ, il-ħruġ, (fejn qed imorru ż-żgħażagħ illum il-ġurnata), eżerċizzju fiżiku, attitudnijiet, trends riċenti u bosta suġġetti oħra relatati. Waqt Lunch Box, fis-1 ta’ waranofsinhar ikun hemm waqfa għar-ripetizzjoni tal-analiżi tal-ġurnali; dritt wara jkompli Lunch Box sas-2pm.

Tul: 120 minuta

Lunch Box

:Coryse Borg

Campus Magazine

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Sonia Young

Programm mexxej stil magazine b’intervisti dwar suġġetti varji bħall-kura tal-annimali, il-wellbeing, il-mediċina, l-ikel, il-kura tal-ġnien u l-pjanti, imżewwaq b’mużika u features li jinżlu tajjeb għall-istaġun tax-xitwa.

Tul: 120 minuta – Tliet darbiet fil-ġimgħa mill-10:00 sa nofsinhar

Campus Magazine

:Sonia Young

Campus Drive

Colin Fitz

Programm radjofoniku bil-Malti li se jixxandar b’mod dirett kuljum fuq Campus 103.7 bejn il-ħin tal-4 ta’ waranofsinhar u s-6 waqt li n-nies sejrin lura d-dar. Jinkludi wkoll aħbarijiet dwar dak li jkun għaddej f’pajjiżna, sports, arti u kultura però l-enfasi se tkun il-mużika.

Tul: 120 minuta

Campus Drive

:Colin Fitz

Campus Lifestyle

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Nathalie Camilleri

Campus Lifestyle permezz ta’ mistiedna preżenti u sensiela ta’ suġġetti bħall-kura tal-annimali, is-saħħa u n-nutrizzjoni, fuq kollox intervisti li jiggwidawna biex ngħixu aħjar.

Tul: 120 minuta – It-Tnejn u l-Ġimgħa bejn l-10:00 u nofsinhar

Campus Lifestyle

:Nathalie Camilleri

Havana

George Vital Zammit

Sensiela ta’ programmi li tesplora, b’mod ċar u aċċessibbli, rivoluzzjonijiet u protesti li bidlu l-istorja u l-wirt politiku tagħhom. L-għan hu li l-udjenza tifhem kif mumenti ta’ kriżi, reżistenza u mobilizzazzjoni popolari bidlu mhux biss gvernijiet u mexxejja, iżda wkoll ideat, istituzzjonijiet, drittijiet u l-mod kif is-soċjetajiet jaraw il-libertà, il-ġustizzja u l-poter.

Tul: 60 minuta

Havana

:George Vital Zammit

Taħdita-Clio

Liam Gauci u Emanuel Buttigieg

Dan il-programm sponsorjat jistieden lis-semmiegħa għal taħdita mnebbħa minn Clio, li fil-mitoloġija tal-Greċja tal-qedem, kienet il-muża tal-istorja u l-istoriċi. F’din is-sensiela, Emanuel Buttigieg u Liam Gauci jkomplu jiddiskutu numru ta’ temi storiċi u kontemporanji. L-għan huwa li nsawru qafas fejn l-imgħoddi (dak li seħħ) u l-istorja (d-dixxiplina li tipprova tagħmel sens min dak li seħħ) jiltaqgħu sabiex flimkien jinsġu stampa aktar ħajja.

Tul: 30 minuta

Taħdita-Clio

Name:Liam Gauci u Emanuel Buttigieg

Cafetin de Buenos Aires

Karen Micallef Xuereb

Sensiela li tiddisikuti l-ġeneru ta’ żfin tat-tango arġentin. Permezz ta’ mistiedna fl-istudio u mużika tipika inħarsu wkoll lejn il-komunità ta’ żfin arġentin f’pajjiżna.

Tul: 60 minuta

Cafetin de Buenos Aires

Name:Karen Micallef Xuereb

Drammaturgi

Sergio Grech

Sergio Grech jintervista drammaturgi Maltin dwar il-kitbiet tagħhom, it-temi ta’ dawn il-kitbiet, l-isfidi biex jitla’ dramm bil-Malti u s-sitwazzjoni teatrali preżenti.

Tul: 30 minuta

Drammaturgi

Name:Sergio Grech

Dipinto di Blu

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas

Il-qrubija ġeografika u kulturali u l-fatt li mal-miġja tat-TV f’pajjiżna konna esposti għal stazzjonijiet televiżivi Taljani għal bosta snin bi programmi u avvenimenti bħal San Remo, Castrocaro, Zecchino d’Oro u Festival Bar fost l-oħrajn, bla dubju wasslet biex ħafna Maltin u Għawdxin trabbew jisimgħu u jsegwu bosta artisti Taljani u l-mużika tagħhom. Waqt il-programm, il-preżentatur Mark Spiteri Lucas flimkien mas-semmiegħa jterrqu vjaġġ radjofoniku ta’ mużika Taljana b’diversi suċċessi mill-passat u anke mill-preżent, b’aċċenn partikolari għall-mużika sajfija li t-Taljani huma tant magħrufa għaliha. Ma tonqosx ukoll is-sezzjoni msejħa ‘L-artist/a/i tal-ġimgħa, fejn ta’ kull ġimgħa tingħata ftit informazzjoni permezz tan-numri dwar kantant partikolari filwaqt li jindaqqu wkoll xi suċċessi tagħhom. Dipinto di Blu jwassal siegħa ta’ mużika mill-aqwa li żgur għandha tinżel tajjeb ma’ dawk kollha li jħobbu l-mużika Taljana f’pajjiżna.

Tul: 60 minuta

Dipinto di Blu

:Mark Spiteri Lucas

Jazz & More

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Paul Giordimaina

Sensiela ta’ mużika jazz, kurżitajiet interessanti dwar dan il-ġeneru ta’ mużika u intervisti qosra ma’ esponenti fix-xena tal-jazz.

Tul: 60 minuta

Jazz & More

Name:Paul Giordimaina

Mużika Mod Ieħor

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Toni Sant

Hekk kif dħalna fit-tielet deċenju tas-Seklu 21, ikun tajjeb li nagħtu ħarsa lejn l-aktar esponenti sinifikanti fix-xena tal-mużika f’Malta, ‘l hinn mill-ovvju ppreżentat mill-Eurovision Song Contest, X-Factor, u festivals popolari. Is-sensiela proposta tuża ġeneri u/jew temi varji biex toffri profili dettaljati dwar dawn il-mużiċisti Maltin tas-Seklu 21, u fl-istess waqt tiddokumenta l-iżvilupp ta’ dak il-ġeneru partikolari f’Malta matul l-aħħar 20 sena.

Tul: 60 minuta

Mużika Mod Ieħor

Name:Toni Sant

Analiżi tal-Ġurnali

 

Analiżi kritika tal-aħbarijiet u l-artikli ta’ opinjoni ppubblikati fil-gazzetti lokali.

It-Tnejn: Michael Briguglio
It-Tlieta: Mario Xuereb
L-Erbgħa: Andrew Azzopardi
Il-Ħamis: Michelle Attard Tonna
Il-Ġimgħa: Joe Mizzi

Analiżi tal-Ġurnali