Skip to main content
https://www.youtube.com/watch?v=sZ2t88ifnag

The official radio
station of the
University of Malta

Listen LiveListen Live

 

Shows on Campus

Campus Breakfast

Lunch Box

Campus Magazine

Campus Drive

Campus Lifestyle

Dellijiet

Therapy Talk

Andrew fuq 103.7

Campus Breakfast

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Antonella Galea Loffreda

Programm radjofoniku li qed jixxandar b’mod dirett kuljum fuq Campus 103.7 bejn il-ħin tas-7:00 u l-10:00 ta’ filgħodu. L-għan ewlieni tagħna hu li nwasslu programm li jappella u jattira udjenza vasta u għaldaqstant il-kontenut ser ikun wieħed leġġer illi primarjament jiffoka fuq lifestyle u divertiment. Ma jistax jonqos illi l-programm iservi wkoll bħala għodda sabiex titwassal informazzjoni edukattiva u kulturali kif ukoll bħala leħen l-Università ta’ Malta. Campus Breakfast qed jagħti spazju mhux biss lill-għaqdiet tal-istudenti iżda wkoll lid-diversi fakultajiet li permezz tal-intervent tagħhom tul l-iskedi sejrin mhux biss iżommu lis-semmiegħa infurmati dwar diversi aspetti iżda saħansitra jippromowovu l-korsijiet ta’ studju illi toffri l-Università.

Tul: 180 minuta – mis-7:00am sal-10:00am

Campus Breakfast

:Antonella Galea Loffreda

Lunch Box

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Coryse Borg

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa programm live minn nofsinhar sas-sagħtejn li jiddiskuti b’mod speċjali it-temi ta’ nutrizzjoni, saħħa mentali u lifestyle, marbuta maż-żgħażagħ u studenti tal-Università. Waqt Lunch Box se niddiskutu wkoll suġġetti bħall-midja soċjali u ż-żgħażagħ, il-ħruġ, (fejn qed imorru ż-żgħażagħ illum il-ġurnata), eżerċizzju fiżiku, attitudnijiet, trends riċenti u bosta suġġetti oħra relatati. Waqt Lunch Box, fis-1 ta’ waranofsinhar ikun hemm waqfa għar-ripetizzjoni tal-analiżi tal-ġurnali; dritt wara jkompli Lunch Box sas-2pm.

Tul: 120 minuta

Lunch Box

:Coryse Borg

Campus Magazine

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Sonia Young

Programm mexxej stil magazine b’intervisti dwar suġġetti varji bħall-kura tal-annimali, il-wellbeing, il-mediċina, l-ikel, il-kura tal-ġnien u l-pjanti, imżewwaq b’mużika u features li jinżlu tajjeb għall-istaġun tax-xitwa.

Tul: 120 minuta – Tliet darbiet fil-ġimgħa mill-10:00 sa nofsinhar

Campus Magazine

:Sonia Young

Campus Drive

Colin Fitz

Programm radjofoniku bil-Malti li se jixxandar b’mod dirett kuljum fuq Campus 103.7 bejn il-ħin tal-4 ta’ waranofsinhar u s-6 waqt li n-nies sejrin lura d-dar. Jinkludi wkoll aħbarijiet dwar dak li jkun għaddej f’pajjiżna, sports, arti u kultura però l-enfasi se tkun il-mużika.

Tul: 120 minuta

Campus Drive

:Colin Fitz

Campus Lifestyle

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Nathalie Camilleri

Campus Lifestyle permezz ta’ mistiedna preżenti u sensiela ta’ suġġetti bħall-kura tal-annimali, is-saħħa u n-nutrizzjoni, fuq kollox intervisti li jiggwidawna biex ngħixu aħjar.

Tul: 120 minuta – It-Tnejn u l-Ġimgħa bejn l-10:00 u nofsinhar

Campus Lifestyle

:Nathalie Camilleri

Dellijiet

Rakele Fiott

Programm storiku narrativ li jesplora il-kriminalità f’Malta tul is-sekli, mhux bħala sensazzjonaliżmu, imma bħala tieqa lejn is-soċjetà Maltija, il-poter, u l-vittmi li ħafna drabi jintesew. L-għan tal-programm hu li juri kif il-kriminalità mhix biss kwistjoni ta’ liġi, imma rifless ta’ biżgħat, preġudizzji, relazzjonijiet ta’ poter u realtajiet soċjali. Is-serje tittratta temi bħall-qtil, l-Inkwiżizzjoni, il-mediċina u l-abbuż, il-piraterija, l-ereżija, l-omosesswalità, il-vjolenza fuq it-tfal, l-iskjavitù, l-abbużi fl-arti u l-mużika, u oħrajn, dejjem b’enfasi fuq il-vittmi u l-kuntest storiku tagħhom.

Tul: 60 minuta

Dellijiet

Name:Rakele Fiott

Therapy Talk

Karl Wright & Claire Borg

Programm li jfittex li jilħaq lill-individwi u/jew ġenituri li jgħixu waħedhom, lill-koppji, lill-ġenituri, lin-nanniet u lil kull min huwa miftuħ jirrifletti dwar għeruqu, il-familja.

Tul : 60 minuta

Therapy Talk

Name:Karl Wright & Claire Borg

Andrew fuq 103.7

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Andrew Azzopardi

Diskussjoni s-Sibt filgħodu b’temi kurrenti u kontroversjali li jolqtu l-interessi tal-pubbliku inġenerali. Dan it-tip ta’ programmar se joħloq dibattitu ‘LIVE’ fl-istudjo fuq ġrajjiet kurrenti bl-istil uniku ta’ Andrew Azzopardi.

Tul: 180 minuta

Andrew fuq 103.7

:Andrew Azzopardi

On Demand

Education
Film
Interviews & Discussions
Maltese Language & History
Public Lectures
Religion
Theatre
Visual Arts
World History & Culture

From Our Socials

1 hour ago

Aktar tard illum il-Ġimgħa 27 ta' Marzu fit-3pm edizzjoni oħra tal-programm ta' mużika Taljana DIPINTO DI BLU ma' Mark Spiteri Lucas fuq Campus 103.7. Ripetizzjoni llejla fl-10.30pm u nhar il-Ħadd fid-9am.

Fil-programm tal-lum, nisimgħu suċċessi ta' Renato Zero, Luciano Pavarotti u Zucchero, Fulminacci, Matia Bazar, Eros Ramazzotti, Jalisse, Lara Fabian, Lorella Cuccarini u Alessandra Martinez, Andrea Bocelli, Il Volo, 883 u Sayf fost l-oħrajn. Fis-sezzjoni 'San Remo bin-Numri, illum nittrattaw l-edizzjonijie#campus1037 #UniversityRadiompus1037 #UniversityRadio
... See MoreSee Less
View on Facebook

2 hours ago

Segwu Autograph, kull nhar ta’ Ġimgħa fis-2pm fuq Campus 103.7. ✍️📻

Lisa Galea hija pittrici rizervata hafna. Tirrakkonta l-vjagg personali taghha fis-silenzju li tant jispira waqt li tpitter. Ghalijha importanti hafna li kull wiehed u wahda minnha ghandu jkollu l -ispazju ghall-interpretazzjoni personali ta' kull pittura.

Repetizzjoni l-Ġimgħa stess fid-9pm u s-Sibt fl-4pm.

#UniversityRadio #campus1037
... See MoreSee Less
View on Facebook

2 hours ago

CAMPUS 103.7 HAS JUST LEVELLED UP!

Our BRAND-NEW website is LIVE - sleeker, faster, and packed with all the programmes you love! Dive in now for a fresh, dynamic way to experience your favourite campus station

Be sure to check us out on www.campus1037.mt
More info here: www.um.edu.mt/newspoint/learn/2026/campus1037theuniversitysofficialradiostationunveilsitsbrand-ne...
... See MoreSee Less
View on Facebook