Skip to main content

Campus Breakfast

Campus Magazine

Lunch Box

Campus Lifestyle

Campus Drive

Andrew fuq 103.7

Analiżi tal-Ġurnali

Autograph

Bl-Għeruq u x-Xniexel

Business Frontiers in Malta

Cafetin de Buenos Aires

Dellijiet

Dipinto di Blu

Ġrajjiet u Fatti fl-Għana

Hello ACM

Heri-Hodie-Cras

Il-Fakultà tal-Mużika

Jazz & More

Miegħi Maltin

Mill-Kulleġġ

Mixtape Malti

Mużika Mod Ieħor

One to One

Riċerkaturi

Taħdita-Clio

That 80s Show

Therapy Talk

Tradutturi

Vjaġġi

Campus Breakfast

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Antonella Galea Loffreda

Programm radjofoniku li qed jixxandar b’mod dirett kuljum fuq Campus 103.7 bejn il-ħin tas-7:00 u l-10:00 ta’ filgħodu. L-għan ewlieni tagħna hu li nwasslu programm li jappella u jattira udjenza vasta u għaldaqstant il-kontenut ser ikun wieħed leġġer illi primarjament jiffoka fuq lifestyle u divertiment. Ma jistax jonqos illi l-programm iservi wkoll bħala għodda sabiex titwassal informazzjoni edukattiva u kulturali kif ukoll bħala leħen l-Università ta’ Malta. Campus Breakfast qed jagħti spazju mhux biss lill-għaqdiet tal-istudenti iżda wkoll lid-diversi fakultajiet li permezz tal-intervent tagħhom tul l-iskedi sejrin mhux biss iżommu lis-semmiegħa infurmati dwar diversi aspetti iżda saħansitra jippromowovu l-korsijiet ta’ studju illi toffri l-Università.

Tul: 180 minuta – mis-7:00am sal-10:00am

Campus Breakfast

:Antonella Galea Loffreda

Campus Magazine

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Sonia Young

Programm mexxej stil magazine b’intervisti dwar suġġetti varji bħall-kura tal-annimali, il-wellbeing, il-mediċina, l-ikel, il-kura tal-ġnien u l-pjanti, imżewwaq b’mużika u features li jinżlu tajjeb għall-istaġun tax-xitwa.

Tul: 120 minuta – Tliet darbiet fil-ġimgħa mill-10:00 sa nofsinhar

Campus Magazine

:Sonia Young

Lunch Box

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Coryse Borg

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa programm live minn nofsinhar sas-sagħtejn li jiddiskuti b’mod speċjali it-temi ta’ nutrizzjoni, saħħa mentali u lifestyle, marbuta maż-żgħażagħ u studenti tal-Università. Waqt Lunch Box se niddiskutu wkoll suġġetti bħall-midja soċjali u ż-żgħażagħ, il-ħruġ, (fejn qed imorru ż-żgħażagħ illum il-ġurnata), eżerċizzju fiżiku, attitudnijiet, trends riċenti u bosta suġġetti oħra relatati. Waqt Lunch Box, fis-1 ta’ waranofsinhar ikun hemm waqfa għar-ripetizzjoni tal-analiżi tal-ġurnali; dritt wara jkompli Lunch Box sas-2pm.

Tul: 120 minuta

Lunch Box

:Coryse Borg

Campus Lifestyle

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Nathalie Camilleri

Campus Lifestyle permezz ta’ mistiedna preżenti u sensiela ta’ suġġetti bħall-kura tal-annimali, is-saħħa u n-nutrizzjoni, fuq kollox intervisti li jiggwidawna biex ngħixu aħjar.

Tul: 120 minuta – It-Tnejn u l-Ġimgħa bejn l-10:00 u nofsinhar

Campus Lifestyle

:Nathalie Camilleri

Campus Drive

Colin Fitz

Programm radjofoniku bil-Malti li se jixxandar b’mod dirett kuljum fuq Campus 103.7 bejn il-ħin tal-4 ta’ waranofsinhar u s-6 waqt li n-nies sejrin lura d-dar. Jinkludi wkoll aħbarijiet dwar dak li jkun għaddej f’pajjiżna, sports, arti u kultura però l-enfasi se tkun il-mużika.

Tul: 120 minuta

Campus Drive

:Colin Fitz

Andrew fuq 103.7

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Andrew Azzopardi

Diskussjoni s-Sibt filgħodu b’temi kurrenti u kontroversjali li jolqtu l-interessi tal-pubbliku inġenerali. Dan it-tip ta’ programmar se joħloq dibattitu ‘LIVE’ fl-istudjo fuq ġrajjiet kurrenti bl-istil uniku ta’ Andrew Azzopardi.

Tul: 180 minuta

Andrew fuq 103.7

:Andrew Azzopardi

Analiżi tal-Ġurnali

 

Analiżi kritika tal-aħbarijiet u l-artikli ta’ opinjoni ppubblikati fil-gazzetti lokali.

It-Tnejn: Michael Briguglio
It-Tlieta: Mario Xuereb
L-Erbgħa: Andrew Azzopardi
Il-Ħamis: Michelle Attard Tonna
Il-Ġimgħa: Joe Mizzi

Analiżi tal-Ġurnali

Autograph

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Jeannette Axisa

L-edukazzjoni vokazzjonali tradizzjonalment dejjem tqieset bħala tabù, li hija segwita minn studenti b’inqas intelliġenza, studenti li ma jkomplux jew li għandhom ‘challenging behavior’ u li ġejjin forsi minn background soċjali mhux daqshekk tajjeb. Però l-esperjenza ppruvat li dan kollu mhux minnu. Din is-serje se tiddiskuti, permezz ta’ stejjer ta’ suċċess, li l-edukazzjoni vokazzjonali twassal ukoll għal suċċessi fil-karrieri.

Tul: 60 minuta

Autograph

:Jeanette Axisa

Bl-Għeruq u x-Xniexel

Charles Xuereb

Bl-għeruq u x-xniexel nipproponi li nagħmlu wkoll FIRST fl-istorja ta’ Malta, dik magħrufa bħala contre histoire jew counter history li sal-lum ħadd ma ppubblika jew xandar dwarha. Il-programm ikun fih intervisti intriganti ma’ akkademiċi, storiċi imma wkoll esperti soċjo-kulturali minn oqsma oħra għaliex tifrex fuq dak kollu li qatt ma ngħata attenzjoni jew importanza, kif inhu l-isem, bl-għeruq u x-xniexel. Nitkellmu fuq dak li mhux ovvju u li ġbajna nisimgħu dwaru bl-istess tagħrif. Din li qed nipproponi tikkonċerna lil Malta u lil Maltin bid-drawwiet, folklor, leġġendi, xejriet, ġrajjiet, twemmin, fehmiet, relazzjonijiet ma’ qawwiet barranin, kif ukoll il-ħajja taċ-ċittadin ordinarju mill-aspetti kulturali kollha. Fuq kollox il-perċezzjoni tal-Maltin u l-Għawdxin tal-lum fuq l-imgħoddi u fhiex sawwarna llum (identità u memorja kollettiva).

Tul: 60 minuta

Bl-Għeruq u x-Xniexel

Name:Charles Xuereb

Business Frontiers in Malta

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Anne Marie Thake

Sensiela li tiddiskuti l-oqsma tan-negozji permezz ta’ mistiedna fl-istudjo. Business Frontiers in Malta hija mfassla biex tesplora u tanalizza kwistjonijiet, xejriet, sfidi, opportunitajiet u innovazzjonijiet tan-negozju. Ospitat minn esperti u CEOs ta’ kumpaniji privati, il-programm jitratta suġġetti bħall-intraprenditorija, il-finanzi, it-teknoloġija u s-swieq globali, u jipprovdi analiżi informattiva u pariri prattiċi għall-mexxejja tan-negozju u professjonisti aspiranti. Kull episodju huwa bl-Ingliż u jinkludi intervisti ma’ mexxejja tal-industrija dwar il-perspettivi diversi bil-għan li jrawwem ftehim aktar profond tad-dinja tan-negozju u jispira lill-ġenerazzjoni li jmiss ta’ intraprendituri u maniġers f’Malta u lil hinn minnha.

Tul: 60 minuta

Business Frontiers in Malta

Name:Anne Marie Thake

Cafetin de Buenos Aires

Karen Micallef Xuereb

Sensiela li tiddisikuti l-ġeneru ta’ żfin tat-tango arġentin. Permezz ta’ mistiedna fl-istudio u mużika tipika inħarsu wkoll lejn il-komunità ta’ żfin arġentin f’pajjiżna.

Tul: 60 minuta

Cafetin de Buenos Aires

Name:Karen Micallef Xuereb

Dellijiet

Rakele Fiott

Programm storiku narrativ li jesplora il-kriminalità f’Malta tul is-sekli, mhux bħala sensazzjonaliżmu, imma bħala tieqa lejn is-soċjetà Maltija, il-poter, u l-vittmi li ħafna drabi jintesew. L-għan tal-programm hu li juri kif il-kriminalità mhix biss kwistjoni ta’ liġi, imma rifless ta’ biżgħat, preġudizzji, relazzjonijiet ta’ poter u realtajiet soċjali. Is-serje tittratta temi bħall-qtil, l-Inkwiżizzjoni, il-mediċina u l-abbuż, il-piraterija, l-ereżija, l-omosesswalità, il-vjolenza fuq it-tfal, l-iskjavitù, l-abbużi fl-arti u l-mużika, u oħrajn, dejjem b’enfasi fuq il-vittmi u l-kuntest storiku tagħhom.

Tul: 60 minuta

Dellijiet

Name:Rakele Fiott

Dipinto di Blu

Mark Spiteri Lucas

Il-qrubija ġeografika u kulturali u l-fatt li mal-miġja tat-TV f’pajjiżna konna esposti għal stazzjonijiet televiżivi Taljani għal bosta snin bi programmi u avvenimenti bħal San Remo, Castrocaro, Zecchino d’Oro u Festival Bar fost l-oħrajn, bla dubju wasslet biex ħafna Maltin u Għawdxin trabbew jisimgħu u jsegwu bosta artisti Taljani u l-mużika tagħhom. Waqt il-programm DIPINTO DI BLU (Edizzjoni Sajf), il-preżentatur Mark Spiteri Lucas flimkien mas-semmiegħa jterrqu vjaġġ radjofoniku ta’ mużika Taljana b’diversi suċċessi mill-passat u anke mill-preżent, b’aċċenn partikolari għall-mużika sajfija li t-Taljani huma tant magħrufa għaliha. Ma tonqosx ukoll is-sezzjoni msejħa ‘L-artist/a/i tal-ġimgħa, fejn ta’ kull ġimgħa tingħata ftit informazzjoni permezz tan-numri dwar kantant partikolari filwaqt li jindaqqu wkoll xi suċċessi tagħhom. DIPINTO DI BLU jwassal siegħa ta’ mużika mill-aqwa li żgur għandha tinżel tajjeb ma’ dawk kollha li jħobbu l-mużika Taljana f’pajjiżna.

Tul: 60 minuta

Dipinto di Blu

:Mark Spiteri Lucas

Ġrajjiet u Fatti fl-Għana

Toni Sant u Ġużè Spagnol

Ġrajjiet u Fatti fl-Għana hija sensiela ta’ programmi għar-radju li tħares lejn il-wirt ħaj tal-għana Malti permezz ta’ wieħed mill-aktar għannejja magħrufa f’dan il-qasam: Ġużeppi Spagnol. F’kull programm, il-Professur Toni Sant jiltaqa’ ma’ Ġużè Spagnol biex jiddiskuti fatt, jiġifieri biċċa għana li ġġorr magħha storja, ġrajja jew riflessjoni fuq xi tema soċjali jew umana. Il-fatti tradizzjonali dwar delitti u diżgrazzji jiżżewqu ma’ oħrajn dwar ġrajjiet ta’ individwi magħrufa u episodji mill-istorja. B’hekk l-udjenza ta’ din is-sensila toqrob aktar lejn l-għeruq tat-tradizzjoni tal-għana tal-fatt, fejn il-kelma u l-verità jingħaqdu f’forma ta’ poeżija spontanja u mimlija emozzjoni.

Il-programmi jinkludu reġistrazzjonijiet awtentiċi ta’ Ġużè jgħanni, kummenti mingħandu dwar il-kuntest ta’ kull fatt, u diskussjoni flimkien ma’ Toni Sant dwar l-importanza kulturali u storika tal-għana bħala mezz ta’ komunikazzjoni u espressjoni Maltija. Din is-sensiela mhux biss tħares lejn it-tradizzjonijiet mill-imgħoddi, imma tressaq ukoll ħarsa ġdida lejn kif l-għana jista’ jibqa’ rilevanti fis-soċjetà kontemporanja.

Tul: 60 minuta

Ġrajjiet u Fatti fl-Għana

Name:Toni Sant u Ġużè Spagnol

Hello ACM

Produzzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti bi preżentazzjoni ta’ Joseph Lia u Antonella Galea Loffreda

Sensiela sponsorjata mill-Kunsill Malti ghall-Arti fejn jiġi diskuss ix-xogħol li qed isir f’dan il-qasam biex tingħata għajnuna lil artist Malti.

Tul: 30 minuta

Hello ACM

Name:Antonella Galea Loffreda

Heri-Hodie-Cras

Carmel Serracino u Andrew Debono Cauchi

Heri-Hodie-Cras: l-istudju tal-Klassiċi Griegi u Rumani lbieraħ, illum, u għada. X’inhuma l-Klassiċi? Kif salvaw għal aktar minn elfejn sena? X’nambuhom illum? Ir-Rinaxximent Taljan huwa spiss identifikat bħala perjodu fejn il-Klassiċi twieldu mill-ġdid f’rwol ċentrali fis-soċjetà. Niddiskutu fost l-oħrajn l-karatteristiċi ta’ dan il-perjodu affaxxinanti u niltaqgħu ma’ bosta poeti, ħassieba, u patruni ta’ dak iż-żmien.

Tul: 60 minuta

Heri-Hodie-Cras

:Carmel Serracino u Andrew Debono Cauchi

Il-Fakultà tal-Mużika

Matthew Bugeja

Matthew Bugeja jiltaqa’ ma’ professjonisti oħrajn fil-qasam tal-mużika sabiex flimkien jiddiskutu l-mod kif taħdem il-lingwa universali tad-dinja – il-mużika.

Tul: 30 minuta

Il-Fakultà tal-Mużika

:Matthew Bugeja

Jazz & More

Paul Giordimaina

Sensiela ta’ mużika jazz, kurżitajiet interessanti dwar dan il-ġeneru ta’ mużika u intervisti qosra ma’ esponenti fix-xena tal-jazz.

Tul: 60 minuta

Jazz & More

Name:Paul Giordimaina

Miegħi Maltin

Andrew Zammit

Programm ta’ mużika Maltija, b’uħud mill-aqwa siltiet li ħarġu minn artisti Maltin, kemm dawk riċenti kif ukoll mill-passat.

Tul: 60 minuta

Miegħi Maltin

Name:Andrew Zammit

Mill-Kulleġġ

Roberto Calleja u Claudia Gauci

Sensiela li qed tidħol ġewwa l-Junior College u tħares mill-qrib lejn dak li qed jigi offrut lill-istudenti. Kemm mil-lat akkademiku kif ukoll aspetti oħra marbuta mal-isports, opportunitajiet barra l-kampus, avvenimenti u programmi li jagħmlu l-ħajja ta’ student tal-Junior College aktar interessanti.

Tul: 30 minuta

Mill-Kulleġġ

Name:Roberto Calleja u Claudia Gauci

Mixtape Malti

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Shawn James

Sensiela fuq 9 xhur sponsorjata mill-Kunsill Malti għall-Arti li se twassal xalata ta’ mużika alternattiva u b’differenza anki permezz ta’ artisti Maltin li mhux soltu niltaqgħu magħhom.

Tul: 60 minuta

Mixtape Malti

Name:Shawn James

Mużika Mod Ieħor

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Toni Sant

Hekk kif dħalna fit-tielet deċenju tas-Seklu 21, ikun tajjeb li nagħtu ħarsa lejn l-aktar esponenti sinifikanti fix-xena tal-mużika f’Malta, ‘l hinn mill-ovvju ppreżentat mill-Eurovision Song Contest, X-Factor, u festivals popolari. Is-sensiela proposta tuża ġeneri u/jew temi varji biex toffri profili dettaljati dwar dawn il-mużiċisti Maltin tas-Seklu 21, u fl-istess waqt tiddokumenta l-iżvilupp ta’ dak il-ġeneru partikolari f’Malta matul l-aħħar 20 sena.

Tul: 60 minuta

Mużika Mod Ieħor

Name:Toni Sant

One to One

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Michael Brigulio

Sensiela li se tkompli tiddiskuti permezz ta’ intervisti one to one ma’ mistiedna diversi suġġetti topiċi.

Tul: 60 minuta

One to One

Name:Michael Brigulio

Riċerkaturi

Wilfred Kenely

Stejjer ta’ riċerkaturi u riċerka li qed iġibu bidla f’ħajjitna. Programm li jlaqqagħna ma’ riċerkaturi li qed jagħmlu xogħol ta’ valur għoli ħafna grazzi għall-għajnuna finanzjarja li qed jirċievu mill-Fond tar-Riċerka tal-Università ta’ Malta (RIDT). Il-programm jitmexxa minn Wilfred Kenely, il-Kap Eżekuttiv tal-RIDT, u matulu nsiru nafu mhux biss ix-xogħol li qed jagħmlu dawn ix-xjentisti, imma anke xi ftit dwarhom u dwar kif għażlu r-riċerka bħala l-karriera tagħhom. Il-programm ilaqqagħna wkoll ma’ organizzazzjonijiet u individwi li għażlu li jgħinu din il-kawża billi għamlu donazzjonijiet sabiex tikber ir-riċerka fl-Università ta’ Malta.

Tul: 60 minuta

Riċerkaturi

Name:Wilfred Kenely

Taħdita-Clio

Liam Gauci u Emanuel Buttigieg

Dan il-programm sponsorjat jistieden lis-semmiegħa għal taħdita mnebbħa minn Clio, li fil-mitoloġija tal-Greċja tal-qedem, kienet il-muża tal-istorja u l-istoriċi. F’din is-sensiela, Emanuel Buttigieg u Liam Gauci jkomplu jiddiskutu numru ta’ temi storiċi u kontemporanji. L-għan huwa li nsawru qafas fejn l-imgħoddi (dak li seħħ) u l-istorja (d-dixxiplina li tipprova tagħmel sens min dak li seħħ) jiltaqgħu sabiex flimkien jinsġu stampa aktar ħajja.

Tul: 30 minuta

Taħdita-Clio

Name:Liam Gauci u Emanuel Buttigieg

That 80s Show

Aleks Farrugia & Colin Fitz

Programm li se jeħodna vjaġġ għas-snin tmenin, u b’mod nostalġiku u b’doża umoristika niftakru f’diversi avvenimenti, drawwiet u użanzi marbuta ma’ din l-era.

Tul: 60 minuta

That 80s Show

:Aleks Farrugia & Colin Fitz

Therapy Talk

Karl Wright & Claire Borg

Programm li jfittex li jilħaq lill-individwi u/jew ġenituri li jgħixu waħedhom, lill-koppji, lill-ġenituri, lin-nanniet u lil kull min huwa miftuħ jirrifletti dwar għeruqu, il-familja.

Tul : 60 minuta

Therapy Talk

Name:Karl Wright & Claire Borg

Tradutturi

Sergio Grech

Matul din is-sensiela niddiskutu t-traduzzjoni f’Malta, flimkien max-xogħol li qed isir fit-traduzzjoni letterarja u dik legali. Nitkellmu ma’ operaturi fis-settur kemm f’Malta kif ukoll barra.

Tul: 60 minuta

Tradutturi

Name:Sergio Grech

Vjaġġi

Tonio Bonello u Alfred Scerri

Nixtiequ noħolqu komunità ta’ Maltin u Għawdxin vjaġġaturi (li jgħoddu l-eluf), però anke oħrajn li għad ma daqux din it-tip ta’ rikreazzjoni, mistrieħ jew terapija (għidilha li trid) imma tant meħtieġa fid-dinja tal-lum. L-idea hi li naqsmu bejnietna esperjenzi, fost l-aktar mumenti ta’ ferħ u memorji li jaf joffri s-safar. Imma mas-safar hemm assoċjati aspetti oħra, fost l-oħrajn, loġistiċi, ta’ pjanar, ta’ preparazzjoni li dawn flimkien, fl-aħħar mill-aħħar se jirriflettu kemm esperjenza ta’ vjaġġ se tkun sabiħa, kif mixtieqa jew le. Imma, mhux kulħadd isiefer għal rasu. Anzi, bosta, partikolarment familji bi tfal żgħar li ma tantx għandhom ħin fuq idejhom biex jippreparaw, u fuq l-oppost tagħhom, l-anzjani li żmienhom għamluh u issa jixtiequ jsibu kollox (kif jgħid il-Malti) fuq platt, dawn aktarx qed iħallu dawn il-gżejjer għal btala tagħhom ma’ xi aġenzija tal-ivjaġġar, fejn ħafna drabi dawn tal-aħħar jieħdu ħsieb kollox huma.

Tul: 60 minuta

Vjaġġi

:Tonio Bonello u Alfred Scerri