Summer Breakfast with Colin & Coryse
Campus Magazine
Rekordju
Campus Lifestyle
Min Naħsbu li Aħna?
Kont Taf?
The Classical Hour & Campus Drive
Mill-Kampus għall-Komunità
Bejn Xena u Oħra
L-Istudenti Jistaqsu
Paniġeristi
Il-Kumpass Malti
Arji u Passjoni
One to One
Jazz & More
Mużika Mod Ieħor
Dipinto di Blu
Miegħi Maltin
Analiżi tal-Ġurnali
Summer Breakfast with Colin & Coryse
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Colin Fitz u Coryse Borg
Programm radjofoniku li se jixxandar b’mod dirett kuljum fuq Campus 103.7 bejn il-ħin tat-7:00 u l-10:00 ta’ filgħodu. Imżewwaq b’intervisti ‘light’ u mużika leġġera għal filgħodu. Jinkludi wkoll fih l-analiżi tal-gazzetti fid-9:00am.
Tul 180 minuta – Mit-Tnejn sal-Gimgħa

Summer Breakfast with Colin & Coryse
Name:Colin Fitz & Coryse Borg
Campus Magazine
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Sonia Young
Programm mexxej stil magazine b’intervisti dwar suġġetti varji bħall-kura tal-annimali, il-wellbeing, il-mediċina, l-ikel, il-kura tal-ġnien u l-pjanti, imżewwaq b’mużika u features li jinżlu tajjeb għall-istaġun tax-xitwa.
Tul: 120 minuta – Tliet darbiet fil-ġimgħa mill-10:00 sa nofsinhar

Campus Magazine
:Sonia Young
Rekordju
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Coryse Borg
Re-kordju huwa programm fuq Campus 103.7 fejn il-mużika mhux biss nisimgħuha… imma nifhmuha. F’kull episodju, Coryse Borg se tkun qed tiltaqa’ ma’ kantant/a jew mużiċist/a differenti biex flimkien jidħlu fil-qalba ta’ album li għażlu huma stess. Minn track għall-ieħor, se niskopru l-istejjer wara d-diski, l-ispirazzjoni li tathom il-ħajja, il-proċess kreattiv, u dawk il-mumenti li forsi qatt ma smajna bihom qabel.
Tul: 60 minuta

Rekordju
Name:Coryse Borg
Campus Lifestyle
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Nathalie Camilleri
Campus Lifestyle permezz ta’ mistiedna preżenti u sensiela ta’ suġġetti bħall-kura tal-annimali, is-saħħa u n-nutrizzjoni, fuq kollox intervisti li jiggwidawna biex ngħixu aħjar.
Tul: 120 minuta – It-Tnejn u l-Ġimgħa bejn l-10:00 u nofsinhar

Campus Lifestyle
:Nathalie Camilleri
Min Naħsbu li Aħna?
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Karsten Xuereb u Anthony Pace
Tissokta l-konverżazzjoni sajfija bejn Karsten Xuereb u Anthony Pace fuq Campus 103.7 rigward aspetti storiċi, filosofiċi u attwali tal-bniedem. Meta jsaqsu ‘Min Naħsbu li Aħna?’, Xuereb u Pace ser jikkunsidraw elementi varji li jsawru l-iżvilupp ta’ soċjetajiet antiki u preżenti bl-għajnuna ta’ referenzi Klassiċi, Bibbliċi u tal-kultura kontemporanja. Għażliet mużikali li jfakkru numru ta’ anniversarji u kompożituri u mużiċisti mhux dejjem daqstant magħrufa ser jakkumpanjaw dan l-iskambju maħsub, frisk u ta’ interess ġenerali.
Tul: 60 minuta

Min Naħsbu li Aħna?
Name:Dr Karsten Xuereb & Dr Anthony Pace
Kont Taf?
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Jeannette Axisa
Kont Taf? Huwa programm li ħa jirrakkonta episodji kulturali, storiċi jew tal-ħajja ta’ kuljum minn perspettiva differenti, eżempju l-umilta’ ta’ nies kbar bħal Ennio Morricone, ġrajjiet li saru fid-9 ta’ Mejju, l-aħjar ballu tal-familja Romanov, Pompeii u l-uċuh differenti li din il-Belt tirrapreżenta. Dawn huma ftit mis-suġġetti li għalkemm għandhom bażi storika, soċjali u kulturali, jistgħu jirrakkontaw eżempji ta’ ħajja differenti.
Tul: 30 minuta

Kont Taf?
Name:Jeanette Axisa
The Classical Hour & Campus Drive
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Colin Fitz
Programm radjofoniku bil-Malti li se jkun irrekordjat bi produzzjoni ta’ Colin Fitz. Jixxandar bejn il-ħin tat-3pm u 6pm bid-differenza li l-ewwel siegħa se tiġi meqjusa bħala The Golden Hour, siegħa leġġera ta’ mużika mill-films, mużika epika u mużika klassika. Mill-4pm l’quddiem, il-mużika imbaghad tkun aktar qawwija u se ixxaqleb ghall-istil ta’ soft rock biex tinżamm l-identita’ tad-drive time.
Tul: 180 minuta

The Classical Hour & Campus Drive
:Colin Fitz
Mill-Kampus għall-Komunità
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Paul Pace u Jane Spiteri
F’din is-sensiela ta’ programmi mill-Kampus għall-Komunità, l-Uffiċċju tal-Prorettur għal-ippjanar strateġiku u s-sostenibbilità flimkien ma’ membri miċ-Ċentru għall-edukazzjoni u riċerka ambjentali u l-Fakultà ta’ l-Edukazzjoni, għazel li joffri opportunità lill-istudenti biex jitkellmu dwar inizjattivi jew riċerka li mexxew jew qed jagħmlu fejn it-tema ewlenija tibqa’ is-sostenibbilità.
Tul: 60 minuta

Mill-Kampus għall-Komunità
Name:Prof Paul Pace & Dr Jane Spiteri
Bejn Xena u Oħra
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Nikolai Azzopardi
Bħala produttur żagħżugħ, Nikolai jġib miegħu l-esperjenza tiegħu, kif ukoll kurżità kbira dwar kif żviluppat l-industrija li tant iħobb, l-isfidi li qed taffaċċja llum, u fejn tista’ tasal fil-futur. Permezz ta’ konversazzjonijiet miftuħa u informattivi ma’ diversi professjonisti mis-settur teatrali Malti, Bejn Xena u Oħra se jesplora l-karrieri, l-proġetti u l-esperjenzi tal-mistiednin tiegħu, filwaqt li jagħti ħarsa lejn il-passat, il-preżent u l-futur tat-teatru Malti.
Tul: 60 minuta

Bejn Xena u Oħra
Name:Nikolai Azzopardi
L-Istudenti Jistaqsu
Preżentazzjoni tal-istudenti tal-Politika u l-Governanza fl-Università ta’ Malta. Koordinazzjoni tal-Prof Mario Thomas Vassallo
Sensiela ta’ programmi mtella’ mill-istudenti tal-Politika u l-Governanza fl-Università ta’ Malta. F’kull puntata, studenti differenti jilqgħu mistiedna diversi fl-istudio u magħhom jiddiskutu għadd ta’ temi marbutin mat-tfassil tal-politika, l-istituzzjonijiet tal-istat u sehem iċ-ċittadini biex ikollna demokrazija attiva.
Tul: 30 minuta

L-Istudenti Jistaqsu
Paniġeristi
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Sergio Grech
Is-sajf Malti hu splużjoni ta’ lwien, ħsejjes, kunċerti, murtali, bbqs, baħar jistiednek tgħum fih u fuq kollox il-festi uniċi tagħna. Mal-festi, jintrabtu l-marċi, il-purċissjonijiet, il-knejjes imlibbsin għal-liturġija tal-festa u fuq kollox il-paniġierki li l-parruċċani tant ikunu jistennew fil-quddiesa l-kbira tal- festa. Paniġeristi se jiddiskutu dan l-eżerċizzju liturġiku ma’ membri tal-kleru li jagħmlu l-paniġierki fil-festi Maltin. Niddiskutu l-kwalitajiet li l-predikatur irid ikollu u kif jinbena l-paniġierku.
Tul: 30 minuta

Paniġeristi
Name:Sergio Grech
Il-Kumpass Malti
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Colin Fitz
Il-Kumpass Malti jikkonsisti minn intervisti li Colin Fitz jagħmel ma’ Maltin li jew jgħixu barra minn pajjiżna, jew għamlu xi żmien jgħixu f’pajjiż ieħor. Uhud minn dawn il-mistiedna ikunu għamlu suċċess f’qasam jew ieħor u anke irnexxilhom ixerrdu xi ftit mill-kultura Maltija lil hinn minn xtutna. Il-Kumpass Malti jixxandar nhar ta’ Gimgħa f’nofsinhar b’repetizzjoni s-Sibt fit-3pm.
Tul: 60 minuta

Il-Kumpass Malti
:Colin Fitz
Arji u Passjoni
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Joseph Lia
Sensiela li tistieden lis-semmiegħa jidħlu fid-dinja espressiva tal-arja vokali, mill-opra sal-oratorju u l-kantata. Il-programm jesplora l-oriġini, l-iżvilupp u l-qawwa drammatika tal-arja, kif ukoll ir-rabta tagħha mal-vuċi, mal-kelma u mal-emozzjoni. Permezz ta’ għażla ta’ siltiet minn uħud mill-aqwa kompożituri fl-istorja tal-mużika, Arji u Passjoni joffri vjaġġ mużikali bejn repertorju operistiku, sagru u drammatiku, fejn il-passjoni, id-drama u s-sbuħija tal-melodija jingħaqdu f’esperjenza waħda.
Tul: 60 minuta

Arji u Passjoni
Name:Dr Joseph Lia
One to One
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Michael Briguglio
Sensiela li se tkompli tiddiskuti permezz ta’ intervisti one to one ma’ mistiedna diversi suġġetti topiċi.
Tul: 60 minuta

One to One
Name:Michael Brigulio
Jazz & More
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Paul Giordimaina
Sensiela ta’ mużika jazz, kurżitajiet interessanti dwar dan il-ġeneru ta’ mużika u intervisti qosra ma’ esponenti fix-xena tal-jazz.
Tul: 60 minuta

Jazz & More
Name:Paul Giordimaina
Mużika Mod Ieħor
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Toni Sant
Hekk kif dħalna fit-tielet deċenju tas-Seklu 21, ikun tajjeb li nagħtu ħarsa lejn l-aktar esponenti sinifikanti fix-xena tal-mużika f’Malta, ‘l hinn mill-ovvju ppreżentat mill-Eurovision Song Contest, X-Factor, u festivals popolari. Is-sensiela proposta tuża ġeneri u/jew temi varji biex toffri profili dettaljati dwar dawn il-mużiċisti Maltin tas-Seklu 21, u fl-istess waqt tiddokumenta l-iżvilupp ta’ dak il-ġeneru partikolari f’Malta matul l-aħħar 20 sena.
Tul: 60 minuta

Mużika Mod Ieħor
Name:Toni Sant
Dipinto di Blu
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas
Il-qrubija ġeografika u kulturali u l-fatt li mal-miġja tat-TV f’pajjiżna konna esposti għal stazzjonijiet televiżivi Taljani għal bosta snin bi programmi u avvenimenti bħal San Remo, Castrocaro, Zecchino d’Oro u Festival Bar fost l-oħrajn, bla dubju wasslet biex ħafna Maltin u Għawdxin trabbew jisimgħu u jsegwu bosta artisti Taljani u l-mużika tagħhom. Waqt il-programm, il-preżentatur Mark Spiteri Lucas flimkien mas-semmiegħa jterrqu vjaġġ radjofoniku ta’ mużika Taljana b’diversi suċċessi mill-passat u anke mill-preżent, b’aċċenn partikolari għall-mużika sajfija li t-Taljani huma tant magħrufa għaliha. Ma tonqosx ukoll is-sezzjoni msejħa ‘L-artist/a/i tal-ġimgħa, fejn ta’ kull ġimgħa tingħata ftit informazzjoni permezz tan-numri dwar kantant partikolari filwaqt li jindaqqu wkoll xi suċċessi tagħhom. Dipinto di Blu jwassal siegħa ta’ mużika mill-aqwa li żgur għandha tinżel tajjeb ma’ dawk kollha li jħobbu l-mużika Taljana f’pajjiżna.
Tul: 60 minuta

Dipinto di Blu
:Mark Spiteri Lucas
Miegħi Maltin
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Andrew Zammit
Programm ta’ mużika Maltija, b’uħud mill-aqwa siltiet li ħarġu minn artisti Maltin, kemm dawk riċenti kif ukoll mill-passat.
Tul: 60 minuta

Miegħi Maltin
Name:Andrew Zammit
Analiżi tal-Ġurnali
Analiżi kritika tal-aħbarijiet u l-artikli ta’ opinjoni ppubblikati fil-gazzetti lokali.
It-Tnejn: Michael Briguglio
It-Tlieta: Mario Xuereb
L-Erbgħa: Andrew Azzopardi
Il-Ħamis: Michelle Attard Tonna
Il-Ġimgħa: Joe Mizzi
